25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/56
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2019 – Showroom vs EUIPO – E-Gab (SHOWROOM)
(Kawża T-679/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SHOWROOM - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti SHOWROOM86 - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001)
(2019/C 399/69)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Showroom sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Janicka - Kapłon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: E-Gab NV (Ternat, il-Belġju)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2018 (Każ R 1834/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn E-Gab u Showroom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Showroom sp. z o.o hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 25, 21.1.2019.
Full & Egal Universal Law Academy