21.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2019 – SLL Service vs EUIPO – Elfa International (LUMIN8)
(Kawża T-680/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva LUMIN8 - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea LUMI - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 357/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: SLL Service GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schmitt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Elfa International AB (Västervik, l-Isvezja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Awwissu 2018 (Każ R 2752/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Elfa International u SLL Service.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
SLL Service GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 25, 21.1.2019.