21.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – Oakley vs EUIPO – Xuebo Ye (Rappreżentazzjoni ta’ elissi mhux kontinwa)
(Kawża T-744/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta elissi mhux kontinwa - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta elissi - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 357/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Oakley, Inc. (Foothill Ranch, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Ochoa Santamaría u I. Aparicio Martínez, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Xuebo Ye (Wenzhou, iċ-Ċina)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 692/2018-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Oakley u Xuebo Ye.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-22 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 692/2018-1) hija annulata.
2)
L-EUIPO hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk ta’ Oakley, Inc.
(1) ĠU C 65, 18.2.2019.