21.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 357/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2019 – C&A vs EUIPO (#BESTDEAL)
(Kawża T-753/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea #BESTDEAL - Raġuni assoluta ta’ rifjut - Assenza ta’ natura distintiva - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 357/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: C&A AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 1234/2018-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv #BESTDEAL bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
C&A AG għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 65, 18.2.2019.