18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/39
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2018 – Hamburg Beer Company vs EUIPO (Hamburg Beer Company)
(Kawża T-6/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Hamburg Beer Company - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2019/C 65/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hamburg Beer Company GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Settembru 2017 (Każ R 437/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Hamburg Beer Company bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
2)
Hamburg Beer Company GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 72, 26.2.2018.