15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/54
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — PAN Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-25/18) (1)
(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Dokumenti dwar interferenti endokrinali - Irtirar tad-deċiżjoni ta’ rifjut għal aċċess - Żvelar wara l-preżentata ta’ rikors - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 139/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Kloostra, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, I. Naglis u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 7604 finali, tad-9 ta’ Novembru 2017, sa fejn tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti dwar interferenti endokrinali.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 104, 19.3.2018.