27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – Planet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-29/18) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-kuntratt ‘Technical Assistance to Ecowas for the implementation of the 10th EDF Transport Facilitation Project II (TFP II)’ - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Irtirar tal-att ikkontestata - Tilwima li ma għadx għandha skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 301/49)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Planet AE Parochis Symvouleftikon Ypiresion (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: C. Ehrbar u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba konfermattiva tar-rikorrenti tas-6 ta’ Novembru 2017 intiża għall-ksib ta’ aċċess għal ċerti dokumenti relatati mal-kuntratt “Technical Assistance to Ecowas for the implementation of the 10th EDF Transport Facilitation Project II (TFP II)”.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy