3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/51
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ottubru 2018 – Pracsis u Conceptexpo Project vs Il-Kummissjoni u EACEA
(Kawża T-33/18) (1)
((“Rikors għal annullament u rikors għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Rikors amministrattiv quddiem il-Kummissjoni - Att purament confermattiv - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà))
(2018/C 436/73)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Pracsis SPRL (Brussell, il-Belġju) u Conceptexpo Project (Wavre, il-Belġju) (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, A Katsimerou u I. Rubene, aġenti), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (rappreżentanti: inizjalment H. Monet u A. Kisylyczko, sussegwentement H. Monet u N. Durand, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u li hija intiża għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2017 ta’ ċaħda tar-rikors amministrattiv dirett kontra d-deċiżjonijiet tal-EACEA tas-17 ta’ Lulju u tal-11 ta’ Awwissu 2017 u, “sa fejn hemm bżonn”, għall-annullament tal-imsemmija deċiżjonijiet tal-EACEA, kif ukoll tad-“deċiżjoni” tagħha li tiffirma l-kuntratt mal-offerenti kklassifikat fl-ewwel post, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jikklassifikaw l-offerta tal-konsorzju tar-rikorrenti fit-tieni post skont il-mekkaniżmu ta’ kaskata fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti EACEA/2017/01, li tikkonċerna servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti u ta’ azzjonijijiet promozzjonali fil-qasam awdjoviżiv, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li tikseb kumpens għad-danni li r-rikorrenti kienu allegatament ġarrbu minħabba dawn id-deċiżjonijiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Pracsis SPRL u Conceptexpo Project huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).
(1) ĠU C 112, 26.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy