4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/69
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018 – Novenco Building & Industry vs EUIPO – Novenco Ventilator (Beijing) (NOVENCO)
(Kawża T-45/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva NOVENO - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea Novenco - Kanċellament tar-reġistrazzjoni internazzjonali - Azzjoni li saret bla skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2019/C 44/90)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novenco Building & Industry A/S (Næstved, id-Danimarka) (rappreżentant: A. Rasmussen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Śliwińska u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Novenco Ventilator (Beijing) Co. Ltd (Beijing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Suġġett
Minn naħa, rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2017 (Każ R 2354/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novenco Building & Industry u Novenco Ventilator (Beijing) u, min-naħa l-oħra, rikors inċidentali kontra l-istess deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors prinċipali kif ukoll dwar ir-rikors inċidentali.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 104, 19.3.2018.