7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/52
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Comune di Milano vs Il-Kunsill
(Kawża T-46/18) (1)
((“Astensjoni”))
(2018/C 161/59)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone u M. Condinanzi, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti, M. Bauer u F. Florindo Gijón, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill adottata fil-marġni tat-3579 laqgħa, fil-formazzjoni “Affarijiet Ġenerali”, tal-20 ta’ Novembru 2017, li tirrigwarda l-għażla tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), sa fejn hija tindika Amsterdam bħala s-sede l-ġdida tal-EMA.
Dispożittiv
1)
Il-Qorti Ġenerali tastjeni ruħha mill-Kawża T-46/18 sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq ir-rikors.
2)
Id-deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mir-Regione Lombardia hija rriżervata.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 94, 12.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy