18.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/39
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Sonova Holding vs EUIPO (HEAR THE WORLD)
(Kawża T-70/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali HEAR THE WORLD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 65/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sonova Holding AG (Stäfa, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Pansch u A. Sabellek, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl, D. Hanf u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord ta’ Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1645/2017-5), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali HEAR THE WORLD bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sonova Holding AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018.