4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/69
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2018 – Husky CZ vs EUIPO – Husky of Tostock (HUSKY)
(Kawża T-82/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva HUSKY - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattiva preċedenti HUSKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2019/C 44/91)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Husky CZ s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: L. Lorenc, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Husky of Tostock Ltd (Woodbridge, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2018 (Każ R 812/2017-1), dwar proċedimenti ta# oppożizzjoni bejn Husky of Tostock u Husky CZ.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Husky CZ s.r.o hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.