8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/48
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Associazione GranoSalus vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-125/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva ‘glifosat” - Tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)
(2019/C 131/55)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Associazione Nazionale GranoSalus — Liberi Cerealicoltori & Consumatori (Associazione GranoSalus) (Foggia, l-Italja) (rappreżentant: G. Dalfino, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, D. Bianchi, G. Koleva u I. Naglis, aġenti)
Suġġett
Talba ibbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva “glifosat” skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017, L 333, p. 10).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Konsegwentement, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent ta’ Helm AG, Monsanto Europe NV/SA, Monsanto Company, Nufarm GmbH & Co. KG, Nufarm, Albaugh Europe Sàrl, Albaugh UK Ltd, Albaugh TKI d.o.o. u Barclay Chemicals Manufacturing Ltd.
3)
Associazione Nazionale GranoSalus — Liberi Cerealicoltori & Consumatori (Associazione GranoSalus) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Helm, Monsanto Europe, Monsanto, Nufarm GmbH & Co. KG, Nufarm, Albaugh Europe, Albaugh UK, Albaugh TKI u Barclay Chemicals Manufacturing għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 152, 30.4.2018.