8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/48
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Chrome Hearts vs EUIPO — Shenzhen Van St. Lonh Jewelry (Rappreżentazzjoni ta’ salib)
(Kawża T-137/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta salib - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 131/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chrome Hearts LLC (Hollywood, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. de Justo Bailey, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Shenzhen Van St. Lonh Jewelry Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 766/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chrome Hearts u Shenzhen Van St. Lonh Jewelry Co.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 166, 14.5.2018.