6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/44
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2019 — Legutko u Poręba vs Il-Parlament
(Kawża T-156/18) (1)
(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Dritt istituzzjonali - Regolament intern tal-Parlament - Artikolu 130 - Anness II - Mistoqsija għal tweġiba bil-miktub - Talba għal trażmissjoni lill-Kunsill - Notifika tad-deċiżjoni li tikkonstata l-inammissibbiltà tal-mistoqsija - Sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Parlament - Talba għal ordni - Inammissibbiltà”)
(2019/C 155/53)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Ryszard Antoni Legutko (Morawica, il-Polonja), Tomasz Piotr Poręba (Mielec, il-Polonja) (rappreżentant: M. Mataczyński, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Alonso de León u A. Pospíšilová Padowska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Parlament b’mod illegali, naqas milli jittrażmetti lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea l-mistoqsija għal tweġiba bil-miktub P-003358/17, bi ksur tal-Artikolu 130 tar-Regolament intern tal-Parlament u tad-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-imsemmi regolament.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ryszard Antoni Legutko u Tomasz Piotr Poręba huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 7.5.2018.