11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/61
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2019 – Theodorakidi vs EUIPO – Benopoulou (THYREOS VASSILIKI)
(Kawża T-160/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea THYREOS VASSILIKI - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Dritt għall-isem Vassiliki fil-Ġreċja - Raġuni relattiva ta’ invalidità ibbażata fuq il-ksur ta’ dritt għall-isem - Artikolu 60(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))
(2019/C 93/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Vassiliki Theodorakidi (Veroia, il-Greċja) (rappreżentant: F. Ikonomidou Ikonomou, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: K. Markakis, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vassiliki Benopoulou (Kifissia, il-Greċja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 40/2017-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn V. Benopoulou u V. Theodorakidi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Vassiliki Theodorakidi għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 152, 30.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy