15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/55
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Ir-Reġjun ta’ Brussell vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-178/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva ‘glifosat’ - Tiġdid ta’ l-inklużjoni fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)
(2019/C 139/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Région de Bruxelles-Capitale (rappreżentanti: A. Bailleux u B. Magarinos Rey, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Lewis, I. Naglis u G. Koleva, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva “glifosat” skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2017, L 333, p. 10).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli.
2)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent ta’ Justice Pesticides, ir-Région wallonne, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), Health & Environment Alliance (HEAL), Nature & Progrès Belgique (Nature & Progrès), SomeOfUs, WeMove Europe (WeMove.EU), Monsanto Europe NV/SA, Monsanto Company, Helm AG, Barclay Chemicals Manufacturing Ltd, Albaugh Europe Sàrl, Albaugh TKI D.O.O. u Albaugh UK Ltd.
3)
Ir-Région de Bruxelles-Capitale hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Ir-Région de Bruxelles-Capitale, il-Kummissjoni, Justice Pesticides, ir-Région wallonne, PAN Europe, HEAL, Nature & Progrès, SomeOfUs, WeMove.EU, Monsanto Europe, Monsanto Company, Helm, Barclay Chemicals Manufacturing, Albaugh Europe, Albaugh TKI D.O.O. u Albaugh UK għandhom isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet ta’ intervent.
(1) ĠU C 190, 4.6.2018.
Full & Egal Universal Law Academy