26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/77
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2018 – Rewe-Beteiligungs-Holding International vs EUIPO – Wessanen Benelux (BonNatura)
(Kawża T-194/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2018/C 427/104)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rewe-Beteiligungs-Holding International GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Brandstätter, M. Kinkeldey u J. Rosenhäger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sesma Merino u J. Ivanauskas, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Wessanen Benelux BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2018 (Każ R 949/2017-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Wessanen Benelux u Rewe-Beteiligungs-Holding International.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Rewe-Beteiligungs-Holding International GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 166, 14.5.2018.
Full & Egal Universal Law Academy