Kawża T-203/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – VQ vs BĊE (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika ekonomika u monetarja — Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Kompiti fdati lil BĊE mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Setgħat tal-BĊE — Setgħat ta’ sorveljanza speċifiċi — Sanzjonijiet amministrattivi — Pubblikazzjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)
C2212018MT2710120180503MT0033271271
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2018 – VQ vs BĊE
(Kawża T-203/18 R)
“(“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika ekonomika u monetarja — Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu — Kompiti fdati lil BĊE mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Setgħat tal-BĊE — Setgħat ta’ sorveljanza speċifiċi — Sanzjonijiet amministrattivi — Pubblikazzjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”)”2018/C 221/33Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: VQ (rappreżentant: G. Cahill, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: E. Koupepidou, E. Yoo u M. Puidokas, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ECB-SSM-2018-ESSAB-4, SNC-2016-0026 tal-Kunsill tal-Gvernaturi tal-BĊE, tal-14 ta’ Marzu 2018, dwar sanzjoni pekunjarja u l-pubblikazzjoni tagħha fis-sit Internet tal-BĊE.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy