28.10.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/14
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2019 – Romańska vs Frontex
(Kawża T-212/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Xoljiment - Raġunijiet għax-xoljiment - Ksur tar-relazzjoni ta’ fiduċja - Diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku - Talba għad-danni - Inammissibbiltà manifesta”)
(2019/C 363/20)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Karolina Romańska (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: A. Tetkowska, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: H. Caniard u S. Drew, agenti, assistiti minn J. Currall u G. Ostaszewski, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-14 ta’ Ġunju 2017 li permezz tagħha d-Direttur Eżekuttiv tal-FRONTEX, fil-funzjoni tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, xolja l-kuntratt ta’ imjieg tar-rikorrenti b’effett minn wara perjodu ta’ preavviż ta’ tmien xhur u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba d-diskriminazzjoni u l-fastidju psikoloġiku ikkawżati minn FRONTEX u li laħqu l-quċċata permezz tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Karolina Romańska hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 200, 11.6.2018.
Full & Egal Universal Law Academy