17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/51
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – PV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-224/18 R)
((“Miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Fastidju psikoloġiku - Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni wara revoka - Proċedura dixxiplinari - Reintegrazzjoni - Iffissar għal żero tas-salarju - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà parzjali - Nuqqas ta’ fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2018/C 328/69)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PV (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin, u R. Striani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, l-ewwel nett, tal-proċedura dixxiplinari CMS 13/087, it-tieni nett, tal-proċedura dixxiplinari CMS 17/025, it-tielet nett, tad-deċiżjoni ta’ reintegrazzjoni tar-rikorrent u, ir-raba’ nett, tad-deċiżjoni ta’ ffissar għal żero tas-salarju tar-rikorrent kif ukoll, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ miżura provviżorja li tassenja lir-rikorrent mal-assoċjazzjoni tal-membri tal-persunal “Ġenerazzjoni 2004” jew ma’ Direttorat Ġenerali ieħor tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-proċedura dixxiplinari CMS 13/087.
2)
Il-kumplament tat-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy