8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/49
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — PV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-224/18 RII)
(“Miżuri provviżorji - Servizz Pubbliku - Proċedura dixxiplinari - Iffissar tas-salarju għal żero - Bdil taċ-ċirkstuanzi - Inammissibbiltà - Assenza ta’ fatti ġodda”)
(2019/C 131/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PV (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid, B. Mongin u R. Striani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, l-ewwel nett, tal-proċedura dixxiplinari CMS 17/025 u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni li s-salarju tar-rikorrent jiġi ffissat għal żero.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.