Kawża T-230/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Viċi President tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni tal-Parlament li jintemm il-mandat ta’ Viċi President — Talba għal miżuri provviżorji — Ordni — Inammissibbiltà”)
C2212018MT2720120180504MT0034272282
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2018 – Czarnecki vs Il-Parlament
(Kawża T-230/18 R)
“(“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Viċi President tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni tal-Parlament li jintemm il-mandat ta’ Viċi President — Talba għal miżuri provviżorji — Ordni — Inammissibbiltà”)”2018/C 221/34Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ryszard Czarnecki (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u S. Alonso de León, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Frar 2018 li tapprova t-tmiem antiċipat tal-funzjoni ta’ Viċi President tal-Parlament tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Parlament jiġi ordnat iżomm il-mandat ta’ Viċi Presenti tal-Parlament tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy