22.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 246/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Czarnecki vs Il-Parlament
(Kawża T-230/18) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament Ewropew - Opinjoni espressa fil-konfront ta’ deputat ieħor tal-Parlament - Terminazzjoni qabel iż-żmien tal-mandat u tal-funzjonijiet ta’ Viċi President tal-Parlament - Drittijiet tad-difiża - Użu ħażin ta’ poter - Ugwaljanza fit-trattament”)
(2019/C 246/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ryszard Czarnecki (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Seyr u S. Alonso de León, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament tas-7 ta’ Frar 2018 li permezz tagħha ġie tterminat qabel iż-żmien il-mandat ta’ Viċi President tal-Parlament mogħti lir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ryszard Czarnecki huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.