8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/46
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2019 — Martini–Sportswear vs EUIPO — Olympique de Marseille (M)
(Kawża T-237/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li ssemmi lill-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva M - Irtirar tal-att ikkontestat - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(2019/C 230/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Martini–Sportswear GmbH (Annaberg, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Lang, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard–Monguiral u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Olympique de Marseille SASP (Marseille, Franza)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1755/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Olympique de Marseille u Martini-Sportswear
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.
2)
Martini Sportswear GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 221, 25.6.2018.
Full & Egal Universal Law Academy