17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/51
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – RATP vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-250/18 R)
((“Talba għal miżuri provviżorji - Aċċess għad-dokumenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2018/C 328/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Régie autonome des transports parisiens (RATP) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery, P. Delelis u C. Lavin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, W. Mölls u C. Ehrbar, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier, I. Cohen u B. Fodda, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 1865 finali, tal-21 ta’ Marzu 2018, Gestdem 2017/4598, dwar l-aċċess parzjali għal dokumenti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy