22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/26
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2018 – IFSUA vs Il-Kunsill
(Kawża T-251/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut - Miżuri għas-sajd tal-ispnotta Ewropea - Projbizzjoni ta’ qbid fil-kuntest tas-sajd rikreattiv - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza))
(2018/C 381/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: International Forum for Sustainable Underwater Activities (IFSUA) (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. Gui Mori, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u P. Plaza García, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Morales Puerta, F. Moro u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU 2018, L 27, p. 1).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy