4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/70
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2018 – Front Polisario vs Il-Kunsill
(Kawża T-275/18) (1)
((“Rikors għal annullament - Ftehim Ewro – Mediterranju dwar l – Avjazzjoni bejn il – Komunità Ewropea u l – Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r – Renju tal – Marokk, min – naħa l – oħra - Att ta’ konklużjoni – - Nuqqas ta’ applikabbiltà tal – imsemmi ftehim għat – territorju tas – Saħara tal – Punent - Nuqqas ta’ locus standi - Inammissibbiltà”))
(2019/C 44/92)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/146 tat-22 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-Avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (ĠU 2018, L 26, p. 4).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża u tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Il-Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
4)
Il-Front Polisario, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 268, 30.7.2018.