27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/39
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2018 – Strabag Belgium vs Il-Parlament
(Kawża T-299/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Żmien ta’ stennija - Offerta anormalment baxxa - Fumus boni juris - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2018/C 301/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Strabag Belgium (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Schoups, K. Lemmens u M. Lahbib, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller, Z. Nagy u B. Simon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-19 ta’ April 2018 li jżomm fis-seħħ id-deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2017 li jiċħad l-offerta tar-rikorrenti u li jagħti lil ħames offerenti l-kuntratt relatat ma’ kuntratt qafas li jinvolvi xogħlijiet ta’ kuntrattur ġenerali għall-binjiet tal-Parlament fi Brussell (il-Belġju) (sejħa għal offerti 06/D 20/2017/M036).
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy