11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/61
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2018 – MLPS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-304/18) (1)
((Rikors għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Twaqqif ta’ ilment - Rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura bbażata fuq l-Artikolu 7 TUE - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta’ inċidenza - Inammissibbiltà))
(2019/C 93/80)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mouvement pour la liberté de la protection sociale (MLPS) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Gibaud, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: H. Tserepa–Lacombe u H. Krämer, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Marzu 2018 li tirrifjuta li tkompli l-ipproċessar ta’ ilment intiż sabiex tinbeda proċedura bbażata fuq l-Artikolu 7 TUE kontra r-Repubblika Franċiża u, min-naħa l-oħra talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset b’mod illegali milli tkompli l-ipproċessar ta’ dan l-ilment.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Mouvement pour la liberté de la protection sociale (MLPS) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018
Full & Egal Universal Law Academy