2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2019 — Fugro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-317/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Programm ta’ navigazzjoni bis-satellita Galileo - Speċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà manifesta”)
(2019/C 295/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fugro NV (Leidschendam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment T. Snoep u V. van Weperen, sussegwentement V. van Weperen, H. Gornall u J. de Pree, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, L. Armati u B. Sasinowska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/321 tat-2 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/224 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u operazzjonali li jippermettu lis-servizz kummerċjali offrut mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo jissodisfa l-funzjoni prevista fl-Artikolu 2(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2018, L 62, p. 34), u, sussidjarjament, għall-annullament tal-punt 2 tal-Artikolu 1 tal-istess deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Fugro NV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 240, 9.7.2018.