8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/49
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Carvalho et vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-330/18) (1)
(“Rikors għal annullamentu għad-danni - Ambjent - Emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Pakkett tal-2030 dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima - Direttiva (UE) 2018/410 - Regolament (UE) 2018/842 - Regolament (UE) 2018/841 - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)
(2019/C 230/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Armando Carvalho (Santa Comba Dão, il-Portugall), u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: G. Winter, professur, R. Verheyen, avukat u H. Leith, barrister)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u A. Tamás, aġenti), il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u M. Simm, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU 2018, L 76, p. 3), b’mod partikolari tal-Artikolu 1 tagħha, tar-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU 2018, L 156, p. 26), b’mod partikolari tal-Artikolu 4(2) tiegħu u tal-Anness I tiegħu, u tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013 (ĠU 2018, L 156, p.1), b’mod partikolari tal-Artikolu 4 tiegħu, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikoli 268 u 340 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens fil-forma ta’ ordni għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent ippreżentati minn Climate Action Network Europe, WeMove Europe SCE mbH, Arbeitsgemeinschaft Bäuerliche Landwirtschaft u l-Kummissjoni Ewropea.
3)
Armando Carvalho u r-rikorrenti l-oħrajn li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
4)
Climate Action Network Europe, WeMove Europe SCE mbH, Arbeitsgemeinschaft Bäuerliche Landwirtschaft u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 285, 13.8.2018.
Full & Egal Universal Law Academy