5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/35
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Awwissu 2018 – Laboratoire Pareva u Biotech3D vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-337/18 R u T-347/18 R)
((“Miżuri provviżorji - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Prodotti bijoċidali - Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) - Rifjut tal-approvazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”))
(2018/C 399/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent fil-kawża T-337/18 R: Laboratoire Pareva (Saint-Martin-de-Crau, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, avukati)
Rikorrenti fil-kawża T-347/18 R: Laboratoire Pareva (Saint-Martin-de-Crau) u Biotech3D Ltd & Co. KG (Gampern, l-Awstrija) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta’ April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (ĠU 2018, L 102, p. 21) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/613 tal-20 ta’ April 2018 li japprova l-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 2 u 4 (ĠU 2018, L 102, p. 1), u, minn naħa l-oħra, sabiex tadotta kull miżura provviżorja xierqa oħra.
Dispożittiv
1)
Il-kawżi T-337/18 R u T-347/18 R huma magħquda għall-finijiet ta’ dan id-digriet.
2)
It-talbiet għal miżuri provviżorji huma miċħuda.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy