4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/71
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Laboratoire Pareva vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-337/18 R II)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Regolament (UE) Nru 528/2012 - Prodotti bijoċidali - Sustanza attiva PHMB (1415; 4.7) - Rifjut ta’ approvazzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Talba ġdida - Assenza ta’ fatti ġodda - Inammissibbiltà”))
(2019/C 44/94)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Laboratoire Pareva (Saint-Martin-de-Crau, Franza) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u S. Englebert, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/619 tal-20 ta’ April 2018 li ma tapprovax il-PHMB (1415; 4.7) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi 1, 5 u 6 (ĠU 2018, L 102, p. 21), u min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ kull miżura provviżorja adegwata oħra.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.