11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/20
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2018 – Euronet Consulting vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-350/18) (1)
((“Kuntratti pubbliċi ta’ servizz - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Annullament parzjali tal-att ikkontestata - Deċiżjoni ta’ modifika - Azzjoni li saret bla skop - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2019/C 54/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Euronet Consulting EEIG (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Peeters u R. van Cleemput, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà, T. Ramopoulos u A. Aresu, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, notifikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Marzu 2018, li tiċħad l-offerta ppreżentata mill-konsorzju li r-rikorrenti hija l-kap tiegħu għal-lott Nru 2 fil-kuntest tas-sejħa għall-offerti EuropeAid/138778/DH/SER/MULTI, intitolata “Kuntratt qafas ta’ servizzi għall-Implimentazzjoni tal-għajnuna esterna 2018 (FWC SIEA 2018) 2017/S 128 -260026” u li jagħti l-kuntratt lil għaxar offerenti oħra.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018.