24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Promeco vs EUIPO — Aerts (oġġetti ta’ fuq il-mejda)
(Kawża T-353/18) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
(2019/C 213/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Promeco NV (Kortrijk, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, u H. O'Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aerts NV (Geel, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Glas u T. Carmeliet, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell Estiż tal-EUIPO tas-16 ta’ Frar 2018 (Każ R 459/2016-G), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Promeco NV u Aerts NV.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Promeco NV hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
Aerts NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018.