5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/36
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2018 – Robert vs Conseil national de l’ordre des pharmaciens
(Kawża T-362/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ċaħda tar-rikors prinċipali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2018/C 399/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alain Robert (Le Mans, Franza) (rappreżentant: J.-M. Viala, avukat)
Konvenut: Conseil national de l’ordre des pharmaciens
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Conseil national de l’ordre des pharmaciens français tat-3 ta’ Ottubru 2017, ivvalidata mill-Conseil d’État français b’sentenza tas-7 ta’ Frar 2018, li timponi projbizzjoni kontra r-rikorrent milli jeżerċita l-farmaċija għal sena.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal miżuri provviżorji.
2)
Alain Robert għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy