15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/56
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — Gollnisch vs Il-Parlament
(Kawża T-375/18) (1)
(“Rikors għal annullament u għad-danni - Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Xogħol ta’ delegazzjoni barra mill-Unjoni - Deċiżjoni tal-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun - Lista ta’ persuni awtorizzati jipparteċipaw f’laqgħa interparlamentari fil-Ġappun li ma tinkludix isem ir-rikorrent - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Ksur tar-rekwiżiti formali - Inammissibbiltà”)
(2019/C 139/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Bruno Gollnisch (Villiers-le-Mahieu, Franza) (rappreżentant: B. Bonnefoy-Claudet, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alonso de León, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun, tal-20 ta’ Marzu 2018, li tistabbilixxi l-lista ta’ persuni awtorizzati jipparteċipaw f’laqgħa interparlamentari fil-Ġappun u, sussidjarjament, għall-annullament ta’ żewġ deċiżjonijiet impliċiti ta’ ċaħda u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab b’riżultat ta’ dan l-att.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bruno Gollnisch għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Parlamnt Ewropew.
(1) ĠU C 364, 8.10.2018.
Full & Egal Universal Law Academy