8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/50
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2019 — Front Polisario vs Il-Kunsill
(Kawża T-376/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Ftehimiet internazzjonali - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk - Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati bejn l-Unjoni u l-Marokk għall-emenda tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)
(2019/C 131/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Front populaire pour la libération de la Saguia el-Hamra et du Rio de oro (Front Polisario) (rappreżentant: G. Devers, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado u F. Naert, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2018, li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Renju tal-Marokk għall-emenda tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk u għall-konklużjoni ta’ protokoll għall-implimentazzjoni tal-imsemmi ftehim.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Franċiża u tal-Kummissjoni Ewropea.
3)
Il-Front populaire pour la libération de la Saguia-el-Hamra et du Rio de Oro (Front Polisario) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
4)
Il-Kummissjoni u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.
(1) ĠU C 319, 10.9.2018