8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/50
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2019 — ITSA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-396/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Approssimizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Fabbrikazzjoni, preżentazzjoni u bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk u ta’ prodotti relatati - Implimentazzjoni u tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà ta’ prodotti tat-tabakk - Regolament delegat u atti ta’ implimentazzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”)
(2019/C 230/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) (Sunbury-on-Thames, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Scanvic, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rubene u C. Valero, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/573 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-elementi ewlenin tal-kuntratti tal-ħżin tad-dejta li għandhom jiġu konklużi bħala parti minn sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk (ĠU 2018, L 96, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/574 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-istandards tekniċi għat-twaqqif u għat-tħaddim ta’ sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tat-tabakk (ĠU 2018, L 96, p. 7), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/576 tal-15 ta’ Diċembru 2017 dwar l-istandards tekniċi għall-karatteristiċi tas-sigurtà li jiġu applikati fuq il-prodotti tat-tabakk (ĠU 2018, L 96, p. 57).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
International Tax Stamp Association Ltd (ITSA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
4)
Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu marbuta mat-talba għal intervent.
(1) ĠU C 352, 1.10.2018.
Full & Egal Universal Law Academy