29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/31
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2018 – SFIE-PE vs Il-Parlament
(Kawża T-401/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Strajk tal-interpreti - Miżuri adottati mill-Parlament Ewropew li jordnaw lill-interpreti bi strajk jipprovdu servizzi minimi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà parzjali - Ibbilanċjar tal-interessi”))
(2018/C 392/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Syndicat des fonctionnaires internationaux et européens – Section du Parlement européen (SFIE-PE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tat-2 u tat-3 ta’ Lulju 2018 li jirrikjedu lill-interpreti bi strajk jipprodvu servizzi minimi, kif ukoll ta’ deċiżjonijiet futuri li permezz tagħhom interpreti bi strajk jiġu rikjesti jipprovdu servizzi minimi fil-5, fl-10 u fil-11 ta’ Lulju 2018 u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Parlament jiġi ordnat jillimita fil-futur li jordna lill-interpreti bi strajk jipprovdu servizzi minimi.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma riżervati.
Full & Egal Universal Law Academy