15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/57
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2019 — SFIE-PE vs Il-Parlament
(Kawża T-401/18) (1)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Strajk tal-interpreti - Miżuri adottati mill-Parlament Ewropew li jordnaw lill-interpreti bi strajk jipprovdu servizzi minimi - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà”)
(2019/C 139/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Syndicat des fonctionnaires internationaux et européens — Section du Parlement européen (SFIE-PE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 263 u 268 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2018 tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal tal-Parlament li tordna lill-interpreti u lill-interpreti ta’ konferenzi bi strajk jipprovdu servizzi minimi fit-3 ta’ Lulju 2018 kif ukoll tad-deċiżjonijiet sussegwenti tad-Direttur Ġenerali tal-Persunal tal-Parlament li jordnaw lill-interpreti u lill-interpreti ta’ konferenzi bi strajk jipprovdu servizzi minimi fl-4, fil-5, fl-10 u fil-11 ta’ Lulju 2018 u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Parlament għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali kkawżat minn dawn id-deċiżjonijiet stmat ex æquo et bono fl-ammont ta’ EUR 10 000.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Is-syndicat des fonctionnaires internationaux et européens — Section du Parlement européen (SFIE-PE) huwa kkundannat għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talba għal intervent tal-Kunsill.
4)
Is-SFIE-PE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talba għal intervent tal-Kunsill.
(1) ĠU C 364, 8.10.2018.
Full & Egal Universal Law Academy