22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/26
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2018 – CdT vs EUIPO
(Kawża T-417/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-funzjonament tal-EUIPO - Użu ta’ fornituri esterni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))
(2018/C 381/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) (rappreżentanti: J. Rikkert u M. M. Garnier, aġenti)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: N. Bambara u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-EUIPO dwar miżuri intiżi sabiex ikunu jistgħu jintużaw fornituri oħra minbarra ċ-CDT għas-servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-funzjonament tiegħu u, min-naħa l-oħra, sabiex l-EUIPO jiġi ordnat jippubblika fis-Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż ta’ sospensjoni relatat mas-sejħa għal offerti tiegħu dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni u ma jiffirmax kuntratti relatati ma’ din is-sejħa għal offerti.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy