4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/73
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – JPMorgan Chase et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-420/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Euro Interbank Offered Rates (Euribor) - Euro Interest Rate Derivatives (EIRD) - Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ fumus boni juris”))
(2019/C 44/97)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: JPMorgan Chase & Co (New York, New York, l-Istati Uniti), JPMorgan Chase Bank, National Association (Columbus, Ohio, l-Istati Uniti), J. P. Morgan Services LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Lester, QC, D. Piccinin, D. Heaton, avukati, B. Tormey, N. French, N. Frey u D. Das, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Farley, B. Mongin u F. van Schaik, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2745 finali, tas-27 ta’ April 2018, dwar l-ilmenti dwar l-iżvelar tal-informazzjoni ippubblikat minn JPMorgan Chase & Co., JPMorgan Chase Bank, National Association u J. P. Morgan Services, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni [Każ AT.39914 – Euro Interest Rate Derivatives (EIRD)], u, min-naħa l-oħra, li tordna lill-Kummissjoni sabiex ma tippubblikax id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 8530 finali tas-7 ta’ Diċembru 2016 dwar proċedura skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE [Każ AT.39914 – Euro Interest Rate Derivatives (EIRD)].
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
Id-Digriet tal-11 ta’ Lulju 2018, JPMorgan Chase et vs Il-Kummissjoni (T-420/18 R), huwa annullat.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.