8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/51
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2019 — BRF u SHB Comercio e Industria de Alimentos vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-429/18 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Saħħa pubblika - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/700 - Emenda tal-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali, rigward ċerti stabbilimenti mill-Brażil - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”)
(2019/C 131/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BRF SA (Itajaí, il-Brażil), SHB Comercio e Industria de Alimentos SA (Itajaí) (rappreżentanti: D. Arts u G. van Thuyne, avukati)
Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: X. Lewis, B. Eggers u B. Hofstötter, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, prinċipalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/700 tat-8 ta’ Mejju 2018 li jemenda l-lista ta’ stabbilimenti ta’ pajjiżi terzi li minnhom hija permessa l-importazzjoni ta’ prodotti speċifiċi li joriġinaw mill-annimali, rigward ċerti stabbilimenti mill-Brażil (ĠU 2018, L 118, p. 1), jew sakemm tingħata deċiżjoni definittiva fuq ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, jew sad-data stabbilita mill-President tal-Qorti Ġenerali, u, sussidjarjament, għas-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament fir-rigward tal-istabbilimenti tar-rikorrenti inklużi fil-lista ta’ stabbilimenti li għandhom il-permess jimportaw laħam minn pollam u lagomorfi mill-Brażil (Taqsima II), fil-lista ta’ stabbilimenti li għandhom il-permess jimportaw kapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam, prodotti tal-laħam u laħam isseparat mekkanikament mill-Brażil (Taqsima V) li ma ġġenerawx iktar minn żewġ notifiki permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf bejn l-1 ta’ Marzu 2017 u d-19 ta’ April 2018 kif ukoll fil-lista ta’ stabbilimenti li għandhom il-permess jimportaw prodotti tal-laħam mill-Brażil (Taqsima VI), jew għall-għoti ta’ kull miżura oħra jew addizzjonali li l-President tal-Qorti Ġenerali jqis neċessarja jew adatta.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.