11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/62
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2019 – Prigent vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-436/18) (1)
((Rikors għal annullament - Twaqqif ta’ ilment - Rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà))
(2019/C 93/82)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Claude Prigent (Caudan, Franza) (rappreżentant: A. Bove, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Martin, aġent)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2018 li ma tkomplix l-ipproċessar tal-ilment tar-rikorrent intiż sabiex jiġi kkonstatat l-allegat ksur mill-awtoritajiet Franċiżi tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Claude Prigent huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 352, 1.10.2018