15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/57
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2019 — eSlovensko Bratislava vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-460/18) (1)
(“Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi - Tpaċija ta’ krediti - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 139/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: eSlovensko Bratislava (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentant: B. Fridrich, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Verheecke, J. Estrada de Solà u F. van den Berghe, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2018 dwar l-irkupru tas-somma ta’ EUR 229 711.16 permezz tat-tpaċija tal-ħlas li għandu jsir mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) lir-rikorrenti mal-kreditu tal-Kummissjoni fil-konfront ta’ eSlovensko.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 328, 17.9.2018.
Full & Egal Universal Law Academy