8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/51
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Getsmarter Online vs EUIPO (getsmarter)
(Kawża T-473/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea getsmarter - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Assenza ta’ karattru distintiv akkwistat bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)
(2019/C 230/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Getsmarter Online Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: I. Silcock, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Schneider, A. Folliard-Monguiral u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2632/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv getsmarter bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Getsmarter Online Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 352, 1.10.2018.
Full & Egal Universal Law Academy