5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/37
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Awwissu 2018 – Boyer vs Wallis-et-Futuna
(Kawża T-475/18 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà”))
(2018/C 399/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Boyer (Papeete, Franza) (rappreżentant: T. Dal Farra, avukat)
Konvenut: Territoire des îles Wallis-et-Futuna (Franza)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tat-Territoire des îles Wallis-et-Futuna li permezz tagħha dan tal-aħħar ċaħad l-offerta tar-rikorrent u ta lil offerent ieħor il-kuntratt għal xogħlijiet dwar il-bini ta’ moll kummerċjali f’Leava (Franza), u, min-naħa l-oħra, għas-sospenzjoni tal-firma tal-kuntratt inkwistjoni.
Dispożittiv
1)
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2)
L-ispejjeż huma rriżervati.
Full & Egal Universal Law Academy