24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/37
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ April 2019 — Dermatest vs EUIPO (DERMATEST)
(Kawża T-495/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali DERMATEST - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
(2019/C 213/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dermatest Gesellschaft für allergologische Forschung u. Vertrieb von Körperpflegemitteln mbH (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek, D. Hanf u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 426/2018-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DERMATEST bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Dermatest Gesellschaft für allergologische Forschung u. Vertrieb von Körperpflegemitteln mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 352, 1.10.2018.